L-Aid to the Church in Need (Malta) flimkien mas-Sorijiet tal-Klarissi ta’ San Ġiljan  jirringrazzjaw lil dawk kollha li attendew għan-‘Night of Witness’ li ttellgħet nhar it-Tlieta, 10 ta’ Marzu 2015 ġewwa l-Kappella tal-Monasteru tagħhom.

Fost kant, talb, filmati fuq il-persekuzzjoni reliġjuża fl-Iraq u Via Sagra bit-titlu “It-Triq tas-Salib ma’ ħutna ppersegwitati madwar id-dinja”, tliet xhieda taw ukoll l-esperjenzi tagħhom lil dawk preżenti.

Ġiet preżentata siġra taż-Żebbuġ, simbolu tal-paċi, li l-għeruq tagħha jirrapreżentaw il-ħidma kontemplattiva tas-Sorijiet Klarissi moħbija mid-dinja. Din tiġi msoqqija bl-ilma bħalma huma jsaqqu l-ħidma nobbli tagħhom bit-talb.

Nirringrazzjaw lill-Badessa Sr Rose Therese Ellis u lill-Komunità tas-Sorijiet Klarissi li tawna l-koperazzjoni sħiħa għal din l-attività.

Inħeġġukom iżżommu kuntatt magħna għall-attivitajiet li ntellgħu b’risq il-libertà reliġjuża u l-Kristjani ppersegwitati minħabba l-fidi tagħhom u niftakru fihom fit-talb tagħna.