Nhar il-Ġimgħa, 12 ta’ Ġunju, is-Sur Joe Farrugia, Delegat tal-Arċisqof għal-Lajċi għamel żjara lil Stephen Axisa, Direttur Nazzjonali tal-ACN (Malta) fejn iltaqa’ wkoll mal-istaff fl-uffiċju Ħ’Attard. Fost ħwejjeġ oħra tkellmu dwar il-ħidma li wettqet l-ACN (Malta) skont il-kariżma tal-Aid to the Church in Need (International) kif ukoll dwar il-koperazzjoni sħiħa li l-ACN lesta tagħti fi ħdan il-Knisja f’Malta.

 

Ġie deċiż li ‘l quddiem ser isiru xi attivitajiet flimkien mad-Delegat tal-E.T. Mons. Arċisqof.