Id-Direzzjoni tal-Aid to  the Church in Need (Malta) tirringrazzja lill-E.T. Joseph Galea Curmi, Isqof Awżiljarju  tal-messaġġ tiegħu li ġentilment għoġbu jagħmel għall-jum internazzjonali li jfakkar il-vittmi ta’ atti ta’ vjolenza minħabba r-reliġjon jew t-twemmin.

Nirringrazzjawh tat-talb u tal-appoġġ kontinwu tiegħu favur il-ħidma tal-Aid to the Church in Need b’risq ħutna l-Kristjani ppersegwitati.

Nappellaw lill-Maltin u l-Għawdxin kollha sabiex ikomplu jitolbu u jagħtu l-appoġġ tagħhom kif u meta jistgħu b’risq il-ħidma li twettaq l-Aid to the Church in Need (Malta) permezz tal-ġenerożita kbira tal-Maltin u l-Għawdxin.

Aqra l-messaġġ sħiħ tal-Isqof t’hawn taħt:

http://thechurchinmalta.org/mt/posts/80002/il-messagg-tal-isqof-awziljarju-fil-jum-internazzjonali-li-jfakkar-il-vittmi-ta-atti-ta-vjolenza-minhabba-r-religjon-jew-t-twemmin