Minkejja l-persekuzzjoni, l-Insara joktru dejjem

 

Lil dawk li jaghzluh bhala mexxej u mghallem taghhom, Kristu kien habbrilhom car u tond li ma kienx se jhallilhom hajja ward u zahar imma persekuzzjoni  u salib (Mt 19, 27 ) ghax l-ilsir mhuwiex aqwa minn sidu.

Immedjament wara t-Tlugh is-Sema tal-Mulej, beda jberraq ghall-Appostli. Fl-Atti ta’ l-Appostli naqraw il-grajja ta’l-ewwel Martri: San Stiefnu. Kien il-bidu u warajh gie Gakbu li kien l-ewwel isqof ta’Gerusalem. Erodi, wiehed mill-eredi ta’Erodi l-Kbir arrestah u kkundannah ghall-mewt .  Kien bi hsiebu jarresta lil Pietru wkoll, izda meta griet din l-ahbar, l-Appostli u d-dixxipli harbu ’l boghod minn Gerusalem u fittxew kenn fi bliet ohra specjalment f’Antijokja. B’hekk naraw li din il-persekuzzjoni ghenet biex ixxettel it-taghlim tan-Nazzarenu fi nhawi ohra ta’ l-Art Imqaddsa.

U l-Knisja lahqet xterdet sewwa f’hafna bnadi tal-Imperu Ruman, mhux inqas fil-qalba tal-Imperu stess jigifieri f’Ruma permezz ta’ Pietru u Pawlu. Kien hawnhekk li niltaqghu  ma’ fenomenu gdid: il-martirju mhux ta’ persuna wahda imma ta’ ghadd ta’persuni flimkien li kienu jipprofessaw l-istess twemmin: il-Kristjani (i.e. dawk li jmixu wara Kristu).

Il-micca li tat in-nar lil din il-huggiega kienet il-grajja tal-Hruq ta’ Ruma. Kien fi zmien l-Imperatur Neruni  (37-68 w.K ) li parti sewwa  minn Ruma hadet in-nar. M’ghaddiex wisq zmien li l-akkuzi daru fuq l-Imperatur innfisu li kien fettillu jaghti dehra gdida lil Ruma skond kif dehrlu hu u jibni ghalih il-villa jew palazz favoluz bl-isem ta’ Domus Aurea : il-Palazz tad-deheb. Ta’ bniedem makakk li kien ried isib “naghga tas-sakrificcju” biex jehles mill-akkuzi kontra tieghu. U hekk dawwar il-htija fuq l-Insara . Ghandna dokument imrezzabbli tal-istoriku Tacitu li jistqarr dan li gej:

“Biex jehles minn dawn l-akkuzi Neruni waddab il-htija u xehet it-torturi koroh fuq klassi ta’ nies mibghuda ghall-abominazzjonijiet  taghhom, maghrufin bl-isem ta’ Nsara (Christians) ghax jimxu wara  Kristu li  bata l-aghar kastig fi zmien Tiberju, taht wiehed mill-prokuraturi taghna, Ponzju Pialtu;  wara certa superstizzjoni hazina, ghalkemm imrazzna ghal xi waqt, regghet xeghlet mhux biss fil-Lhudija, l-ghajn ta’ hazen, imma wkoll f’Ruma, fejn dak kollu li hu hazin u tal-misthija li gej mid-dinja kollha, jsib postu u jsir popolari. Ghalhekk l-ewwel gew arresati dawk li stqarrew htijiethom, imbaghad minn informazzjoni li harget minnhom, ghadd kbir gew mixlija, mhux biss bil-hruq tal-Belt imma bil-mibgheda lejn l-umanita`, gew imkasbrin f’mewthom; imlibbsa glud ta’ bhejjem feroci, imqattghin mill-klieb, imsallbin,  moghtija n-nar biex iservu ta’dawl bil-lejl, meta jonqos id-dawl tal-jum.

Neruni offra l-gonna  tieghu ghal dan l-ispettaklu kif ukoll ic-Circus, waqt li hu kien jithallat man-nies liebes ta’ sewwieq .  (charioteer).

U hekk tkompli l-istorja tal-Insara ghall-Ewwel Tlett Sekli tal-Kristjanezmu. Kien zmien li tana ghadd kbir ta’martri li wrew qlubija kbira kontra ligi fahxija:  “non licet esse christianos” – “ma jiswiex tkun nisrani”

Fost il-qaddisin martri ta’dawn iz-zmenijiet insemmu lil :

  • Sant’Injazju ta’Antijokja (c.  107)
  • San Gustinu (c. 165)
  • San Polikarpu (c. 156)

U hafna ohrajn bhal San Lawrenz Djaknu, Santa Lucija, Sant’Agata , Santa Cecilja li isimhom jidher fil-Kanoni Ruman.

B’danakollu rridu nghidu li mhux l-Imperaturi u l-Gvernaturi kollha kienu horox bl-istess mod kontra l-insara.  Biz-zmien il-ligi ta’ Religio illicita bdiet tittaffa u ghandna konferma  ta’dan fil-korrispondenza bejn l-imperatur Trajanu u Plinju z-Zghir li kien gvernatur fil-Bitinja u Pontu (111-113). Dan il-Gvernatur staqsa lill-Imperatur kif ghandu jgib ruhu mal-ghadd kbir ta’ Nsara li kellu fit-territorju tieghu. L-imperatur tah din l-ordni:

  • M’ghandekx toqghod tfittixhom;
  • Jekk jigu akkuzati li huma Nsara u jinsabu hatjin ghandek tikkastigahom;
  • Jekk jindmu u jichdu li huma nsara, ghandek tehlishom;
  • M’ghandekx taghti kaz ta’akkuzi anonimi.

 

 

Bl-Editt ta’ Milan (313 W.K) l-Imperatur Kostantinu waqqaf il-persekuzzjonijiet kontra l-Insara u ghalhekk beda perijodu ta’ liberta`ghall-Knisja. L-Ewropa saret kontinent wiehed u l-benniena tat-twemmin u kultura Kristjani.

Mis-Seklu XVI   ’il quddiem rega’ beda jberraq:  din id-darba  l-Insara hargu x-xwabel ghal xulxin u l-unita` tal-fidi fl-Ewropa nqasmet bejn Kattolici u Protestanti. Wara ftit kemm il-Kattolici kif ukoll il-Protestanti kellhom jissieltu kontra dawk li sejhu lilhom infushom l-Illuministi ghax dehrilhom li l-bniedem kellu jimxi fuq id-dawl tad-Dea Ragione u mhux fuq id-dawl tar-Rivelazzoni jew tal-Fidi. Din il-battalja ghadha sejra taht ismijiet differenti bhal nghidu ahna Liberali.

Persekuzzjonijiet kbar sehhew :

  • Fi zmien ir-Rivoluzzjoni Franciza
  • Fil-Gappun u fil-Vjetnam fejn hafna nsara sofrew il-martirju
  • Fil-Messiku u fil-Gwerra Civili Spanjola.
  • Fir-Russja u fic-Cina kif ukoll f’hafna pajjizi Ewropej taht is-sistema komunista.

Hekk nigu ghal zmenijietna li regghet tfaccat il-gwerra bejn is-Salib u n-Nofs Qamar. Kemm stejjer ta’ tixrid ta’demm sehhew bejn dawn iz-zewg religjonijiet Monotejisti!! Minkejja l-apertura tal-Insara u sens ta’ tolleranza, specjalment wara l-Koncilju Vatikan II, il-Misilmin akkaniti u intolleranti (gruppi ta’ Fundamentalisti) qed jirrikorru ghal mohqrija li ma titfissirx f’pajjizi bhall-Iraq, is-Sirja, l-Egittu u sahansitra fi bliet Ewropej tant li llum ma tista’ tmur imkien fl-Ewropa u thossok zgur minn xi attentat terroristiku.

Ghax jehtieg li nghidu li naraw differenza kbira fl-izvilupp ta’dawn iz-zewg religjonijiet monotejisti u li jaduraw lill-istess Alla. Fil-waqt li l-Insara specjalment il-Kattolici aggornaw ruhhom u nqalghu u tbieghdu mill-firdiet u mibgheda ta’ l-imghoddi, id-dinja Musulmana ghadha stagnata u indifferenti ghas-sensibilita`  ta’ zmenijietna. Infatti ghadna nisimghu b’kastigi bhal swat, thaggir, qtugh tar-ras, tghalliq, segregazzjoni bejn nisa u rgiel…

Naturlament l-izvilupp permezz tal-medja socjali ma tistax tillimitah u trid jew ma tridx dan il-fenomenu modern ihalli l-effett tieghu fuq id-dinja kollha u kulhadd jasal jifhem il-paragun jew differenza bejn twemmin u iehor; bejn dak li hu marbut mal-imghoddi u dak li hu attemprat mal-vizjoni moderna tal-hajja. Dan kellu konsegwenzi fuq id-dinja Musulmana specjalment f’certi pajjizi li huma esposti ghall-influwenza tal-medja bhall-Istati Uniti.

F’artiklu ppubblikat    fl-Interdisciplinary Journal of Research on Religion bl-isem ta’  Believers in Christ from a Muslim Background: a Global Census, l-Amerikani Duane Alexander Miller u Patrick Johnstone ippubblikaw l-ewwel estimu globali serju ta’ kemm hi wiesa’ l-komunita` ta’ Musulmani li jinteressaw ruhhom fir-religjon Nisranija u bil-mohbi jew fid-dieher, ihaddnuha ghal kollox.[1]

Dudley Woodbury, studjuz tal-Izlam minn Fulbright jghid li madwar 20,000 Musulman fl-Istati Uniti jsiru Nsara kull sena. Jaghti wkoll  hames  ragunijiet ghal dan:

  1. L-istil tal-hajja tal-insara: jaghrfu li l-Insara juru rispett u stima lejn dawk li mhumiex Insara bhalhom u juru rispett kbir lejn il-mara.
  2. Il-qawwa ta’Alla fit-talb : ihossu aktar il-qawwa soprannaturali tat-talb; ihossuhom ukoll aktar qrib Kristu. Il-verita’spiritwali tal-Bibbja: Il-Musulmani konvertiti jistqarru li Alla tal-Iskrittura jibda jigbidhom lejh u b’hekk bdew jifhmu ahjar lil Alla.
  3. Il-Ktieb taghhom jigifieri l-Koran ma jissodisfahomx ghax ihossu li dan il-ktieb jishaq aktar fuq il-kastig milli fuq l-imhabba minn naha ta’ Alla. L-aggressivita` Izlamika, b’nuqqas ta’ mhabba, ma rnexxilhiex tbiddel is-socjeta`.
  4. It-taghlim bibliku dwar l-imhabba ta’ Alla: Fil-Koran l-imhabba ta’Alla hi pprezentata b’mod differenti. Jaghrfu li l-persuna ta’ Kristu hi mimlija mhabba u hniena.[2]

 

Wiehed irid jifhem li l-Knisja Kattolika li hi diga` l-akbar istituzzjoni religjuza fid-dinja, ghaddejja minn zvilupp u tkabbir globali bla precedent. Fl-1950 il-ghadd ta’ Nsara kien jilhaq il 437 miljuni; fl-1970 dak il-ghadd kien lahaq il 650 miljun; illum il-ghadd ta’ Nsara madwar id-dinja jlahhaq il-1.2 biljuni. Hu mahsub li sa l-2050 il-ghadd ta’ Kattolici jilhaq il-1.6 biljun.

 

Fis-sittax il-seklu kellna zewg imperi globalizzati: ta’ Spanja u tal-Portugal. Illum dawn l-imperi politikament ghebu imma t-twemmin religjuz taghhom ghadu nkarnat fil-Brazil, fil-Messiku, u fil-Filippini. Maghhom irridu nzidu l-pajjizi l-ohra tal-Kontinent Sud-Amerikan. Il-Messiku llum ghandu 121 miljuni; il-Filippini 80 miljun. Dawn jistqarru t-twemmin kattoliku u l-entuzjzmu religjuz taghhom narawh fiz-zjarat li l-ahhar Papiet ghamlu f’dawn il-pajjizi. Inzidu nghidu li fl-2015 fil-Filippini biss kien hemm aktar maghmudijiet milli fi Franza, Spanja, l-Italja u l-Polonja f’daqqa.

 

Il-kontinent Afrikan joffrilna xenarju bil-wisq aktar  wiesa’ ta’  espansjoni kattolika. Fl-1900 il-kattolici fl-Afrika kienu jghoddu ftit miljuni; sa l-ahhar tas-seklu ghoxrin in-numru taghhom lahaq il 130 miljun. Hu mahsub li sas-sena 2040 dan in-numru jilhaq il-460 miljun. Naturalment il-hidma missjunarja f’dan il-kontinent hi ta’min ifahharha ghax ghenet bil-bosta mhux biss fil-qasam religjuz imma wkoll ekonomiku, socjali, edukattiv  u civili: haga li kienet traskurata mill-pajjizi kolonizzaturi Ewropej.

 

Certi fatti jitkellmu ghalihom. M’hemmx ghalfejn tmur l-Afrika jew fl-Asja biex tara u tmiss l-effett ta’dawn il-konversjonijiet. F’hafna parrocci Ewropej: fl-Irlanda, fi Franza, fil-Germanja, fin- Norvegja u fid-Dannimarka tiltaqa’ ma’ sacerdoti u kappillani gejjin mill-kontinent Afrikan jew mill-Asja (generalment mill-Indja jew mill-Filippini).

Ma rridux ninsew ukoll il-Kontinent Asjatiku specjalment ic-Cina, il-Vietnam u l-Korea t’ Isfel. Hawnhekk il-Knisja ghandha art fertili fost l-intellettwali u l-progress ghaddej b’pass mghaggel specjalment fil-qasam ta’ affiljazzonijiet bejn  Universitajiet Teologici Ewropej u dawk ta’ l-Asja. Il-gejjieni jidher sabih u ghalhekk jigi f’mohhna dak li qal Mark Twain fl-1890:

 

“F’din id-dinja rajna l-qawwa tal-Knisja Kattolika Rumana tnin ghal hafna sekli. Ghal aktar minn darba kellha kollox lest ghall-funeral u kull darba dan il-funeral kien jigi differit minhabba t-temp jew xi haga ohra…. Apparentement l-aktar haga incerta f’din id-dinja hija l-feneral ta’religjon”.[3]

 

 Dun Nikol Aquilina B.A, Lic. A., D. Litt (Milan) Dip. Educ

 

NOTA

 

Qed inġibu dan l-artiklu interessanti bil-permess ta’ Dun Nikol Aquilina billi kien diġa’ deher fil-magazine tal-Festa tas-Siġġiewi Festival Brass Band and Social Club(2017). Nirringrazzjaw lil Dun Nikol Aquilina tal-koperazzjoni tiegħu.

 

[1] Duane A. Miller & Patrick Johnstone , 2015 Vol. 11 Article 10.  Ara wkoll : Lehen is-Sewwa, Frar 2017 p. 7

[2] Dudley Woodbury:   Christianity Today : A survey of 750 Muslims who converted to Christianity

[3] Xandir il-Kelma (komunikazzjoni Dumnikana) Harga 27 (2016)  p. 47