Kien ta’ pjaċir għalina li nhar is-Sibt, 5 ta’ Settembru 2015, f’laqgħa ta’ kortesija, li saret fil-Kunvent ta’ Sant’ Antnin, Għajnsielem, id-Direttur Nazzjonali tal-Aid to the Church in Need (Malta), Stephen Axisa, iltaqa’ flimkien mal-E.T. Mons. George Buġeja O.F.M., Isqof Koadjutur tal-Vigarjat Appostoliku ta’ Tripli, il-Libja, Isqof Titulari ta’ San Leone, u ltaqa’ wkoll mal-E.T. Mons. Joe Bonello O.F.M. Isqof tal-Ħonduras.

Stephen Axisa feraħ lill-E.T. Mons. George Buġeja, Isqof elett li ġie kkonsagrat mill-E.T. Mons. Mario Grech, JCD, JUL, Isqof t’Għawdex nhar il-Ġimgħa, 4 tax-xahar.

Stephen Axisa waqt li informa lill-E.Tagħhom dwar il-ħidma li twettaq l-Aid to the Church in Need favur il-libertà reliġjuża u l-Kristjani ppersegwitati, wegħdhom it-talb u l-għajnuna tal-Aid to the Church in Need.  Nitolbu ‘l Alla u lil Ommna Marija jkunu l-gwida tagħhom fil-ħidma Pastorali tagħhom.