Loading Events
18
October
Wednesday

Rosary for Peace and Unity

October 18 @ 9:00 am - 5:00 pm
  • This event has passed.

Rosary for Peace and Unity

 

A million children around the world, including Maltese and Gozitan

children will pray the Rosary on Wednesday, 18 October 2017

 

Once again the international Pontifical charity foundation, Aid to Church in Need (ACN), is inviting all Maltese children to join children from all over the world in this Rosary initiative. Last year children from 69 countries participated including 9,000 boys and girls from.Malta and Gozo.

This year 2017 we are celebrating 100 years since Our Lady Queen of the Rosary appeared to three children – Lucia, Francisco and Ġjaċinta – at Fatima asking them to continue to pray the Rosary for unity and peace in the world. Therefore we should teach our children and encourage them to say the Rosary for Peace, which the world needs so much.

.Let us together be the voice of Our Lady and help children learn from a young age that by praying the Rosary together we can establish justice and harmony in the world.

 

ACN (Malta) is asking for the support of everyone – schools, parents, grandparents, teachers, youth leaders, social services – to spread the word among local children.

Every child participating will receive a free rosary. Those who wish to participate in this initiative are asked to contact ACN (Malta) on 21487818 stating the number of rosaries they need to distribute to all those taking part.

We will send the rosaries out to everyone before 18 October.

 

KONSAGRAZZJONI LILL-MADONNA TA’ FATIMA

O Qalb Immakulata ta’ Marija,

Aħna lkoll, membri b’modi differenti tal-familja ta’ Aid to the Church in Need, nikkonsagraw lilna nfusna lilek, nikkonsagraw l-uffiċċju nazzjonali tagħna, il-ħidma tagħna, il-proġetti tagħna ta’ għajnuna kulfejn u b’kull mod li l-Knisja qegħda tbati. Nagħmlu dan hawn, aħna u nfakkru l-mitt sena mid-dehriet tiegħek ġewwa Fatima, meta b’imħabba materna wissejt u inkuraġġejt lilna, uliedek, biex inkunu fidili lill-Mulej billi dejjem infittxu l-glorja tiegħu u l-fidwa ta’ ħutna kollha.

Illum qegħdin nagħmlu dan l-Att tal-Konsagrazzjoni, u solennement nimpenjaw ruħna li nkunu mogħtijin lilek, O Omm tal-ħniena, bix-xewqa li nikkunslaw il-Qalb Immakulata tiegħek, inkurunata b’xewk li jweġġa’, biex aħna nkunu għodda f’idejk għar-rikonċiljazzjoni ta’ ħafna erwieħ u strumenti tat-teżor tal-imħabba materna tiegħek.

Aħna nwegħduk, permezz tal-grazzja ta’ Alla, li nitħabtu biex nitqaddsu billi nevitaw ukoll id-dnub venjali. Aħna nixtiequ li nkunu appostli mħeġġa tal-evanġelizzazzjoni l-ġdida, u b’dan il-għan, inxerrdu d-devozzjoni lejn il-Qalb Immakulata tiegħek billi fedelment nxerrdu t-talba tar-Rużarju Mqaddes u biex tkun magħrufa l-glorja tiegħek, O Omm Kbira tal-Feddej.

O maħbuba Sinjura ta’ Fatima! Aħna nilqgħu l-messaġġ tiegħek ġewwa Fatima, afdat lill-għeżież tlett itfal rgħajja, u li permezz tiegħu inti tkellimna dwar il-ħtieġa tat-talb u tal-penitenza għall-maħfra tad-dnubiet. Għinna, O Omm Alla u Ommna, biex nilqgħu s-salib li Ġesù, Ibnek, jippermetti li aħna naqsmu miegħu. Għallimna biex inħaddnuh għall-imħabba t’Alla u ta’ ħutna l-bnedmin.

Aħna nitolbuk għal dawk kollha li jħabbtu fuq il-bibien tal-uffiċċji ta’ Aid to the Church in Need u fuq il-bibien ta’ qlubna, speċjalment dawk kollha li qegħdin ibatu, l-abbandunati u ħutna persegwitati, dawk il-komunitajiet Insara kollha mċaħħda mill-mezzi biex ixerrdu f’kull rokna d-dawl tal-Evanġelju. J’Alla it-talb tagħna u l-ħidma tagħna tkun bħal qatra nida li, permezz tagħha, O Omm tagħna, inti ttaffi ix-xufftejn bil-għatx tal-ispirtu tagħhom.

 

Filwaqt li noffru dawn it-talbiet u s-suppliki tagħna għall-Knisja li qegħda tbati, niftakru, fl-aħħarnett, O Reġina tas-sema u tal-art, fil-wegħda li Int għamiltilna – li, fl-aħħar, il-Qalb Immakulata tiegħek toħroġ rebbieħa! Fiduċjużi li Inti żżomm kelmtek, nafdaw lilna nfusna totalment lilek u nabbandunaw lilna nfusna, bħal ulied mimlija tama, lid-dirgħajn materni tiegħek, waqt li nistennew bit-tama il-Jum glorjuż ta’ Kristu, il-Mulej tagħna. Ammen.

 

 

 

 

Details
Date: October 18
Time: 9:00 am - 5:00 pm
Event CategoryPrayer Events
Organizer
Organizer Name: ACN (Malta)
Phone: 2148 7818
Email:
Website: acnmalta.org